"Stessi" ta' Matthew Schembri, Review
- Ann Mifsud Depasquale
- Aug 11, 2023
- 2 min read
Tul dawn l-ahhar ftit snin inhoss li rabbejt apprezzament qawwi ghal-letteratura Maltija. Forsi fil-passat, kont ghandi zghira wisq biex jirnexxili naghraf il-firxa wiesa ta' awturi Maltin li jittrattaw temi moderni b'stil ta' kitba kontemporanja fix-xogholijiet taghhom. L-ewwel ktieb li qatt qrajt bil-Malti li verament hassejt konessjoni qawwija mieghu kienet "il-kulur tal-lellux" ta' Rita Saliba. Minn dik il-gurnata 'l hemm it-tfittxija, izjed u izjed l-ghatx, ghan-novelli bil-Malti ikkargat ruhha sew u ma turix sinjali li se tintemm. Meta naqra bil-lingwa Maltija, inhossni verament maqghuda mal-gheruq tieghi.
L-ewwel darba li lmaht il-qoxra tal-ktieb "Stessi" ta' Matthew Schembri, kienet waqt laqgha tal-Agenzija Zaghzagh. Il-hitan kienu mzejna b'posters, ta' titli varji ta' kotba Maltin ghaz-zghazagh. Ftit jiem wara, nzilt sal-librerija ta' Birkirkara u tajt daqqa t'ghajn lis-sezzjoni ta' letteratura Maltija, u hemm kien, il-qoxra vjola tal-ktieb "Stessi" jhares lejja propju qisu qed issejjahli. Ovvjament ma stajtx ninjora dan is-sinjal mill-univers. Fil-pront qbattu, u haddtu mieghi lura d-dar
***
"Stessi" ta' Matthew Schembri tirrakkonta l-istorja ta' Sven Spagnol, zghazugh b'hajja pjuttost normali, sakemm id-dinja tieghu tinqaleb ghall-kollox, il-jum t'gheluq sninu meta jaghlaq 13. Bhala rigal jircievi kamera vjola sopra-naturali li ggib kaos totali gewwa hajtu.
Biex inkun onesta, meta l-ewwel bdejt naqra dan il-ktieb hadt qatgha - ghax qatt ma bsart li dan il-generu kien se joghgobni. Is-soltu, jiena ma tantx naqra stejjer b'element qawwi ta' fantazija u misteru. Minkejja dan, din l-istorja xorta gibditni. L-istil ta' kitba m'huwa ikkumplikat xejn, anzi, l-lingwa uzata hija pjuttost konversazzjonali/semplici, allura m'huwiex difficli biex issegwi x'inhu jigri ezatt minghar mohhok ma jghejja. Anzi - l-lingwa uzata tanti hi semplici li jaghtik l-impressjoni li l-istorja hija innocenti u helwa ghall-ahhar meta fil-fatt dan m'huwiex il-kaz. Hadt gost li x-xeni iktar 'tqal' fejn jidhlu hafna hwejjeg magici huma bbilancjati sew ma xeni izjed trankwilli - bhal meta naraw l-ikla ghand iz-Ziju Rob, jew ix-xeni tas-Subien waqt il-lezzjonijiet tal-iskola.
Sibtha interessanti wkoll kif tul il-ktieb stajna naraw id-degredazzjoni ta' Sven, narawh - b'mod sottili - isir izjed u izjed mignuni tul il-plott tal-ktieb. Xi xeni li jispikkaw u hadt gost naqra kienu; meta Sven gie intervistat fuq it-TVM, il-BBQ meta Sven inharaq u skoprew il-poteri magici tal-kamera ghall-ewwel darba.
Dan il-ktieb, mistohbi wara l- velu ta storja magika u fantastika, jesplora temi hafna iktar profondi bhall-mewt, ossessjonijiet, u n-narcizzmu fost ohrajn. Ghalkhemm it-tmiem kien daqsxejn stramb u ma fhimtux ghall-kollox, in generali hadt hafna gost naqrah. Naprezza li ggeghlni nahseb ftit u nuza' naqra mohhi - u tghallimt xi kliem godda wkoll. ☺️❤️





Comments