top of page

"Bella Berger" ta' Rita Saliba, Review

  • Writer: Ann Mifsud Depasquale
    Ann Mifsud Depasquale
  • Jul 30, 2024
  • 1 min read

Hemm certu sens ta' wens, li ggib maghha l-qari bil-lingwa materna tieghi.


Ktieb qsajjar, legger u pjuttost hafif, li malajr flejtu minn qoxra sa qoxra f'temp ta' jumejn. Ghogobni ghall-fatt li n-novella hija rrakkuntata f'kuntest ta' familja tipika Maltija; ghalhekk inhoss li stajt nirrelata ma' hafna aspetti. Il fuq minn hekk, il-karattri kollha huma zvillippati sew u tassew jinhassu tad-demm u l-laham.


Kieku kelli nikkritika aspett mill-ktieb, pero, inhoss li certu temi - b'mod partikolari dawk tas-sahha mentali - gew simplifikati ftit izzejjed u ma nahsibx li dan ir-rakkont ipprovda stampa cara tas-sofferenza li jghaddu minnha invidivdwi li jghaddu minn dan it-tip ta' mard. Madanakollu nifhem li din in-novella hija attrezzata lejn udjenza kemxejn izghar minni u allura mhux post li tidhol f'intensita zejda.


Xejn revoluzzjonari u xejn ta' barra minn hawn, imma rakkont helu li zammli kumpanija u fakkarni f'art twelidi waqt il-vaganza tieghi barra minn Malta :)


Recent Posts

See All

Comments


download.jpeg

Ann's Bookshelf

Thanks for stopping by. Come back again soon! 

bottom of page